Nuża Tallinja ta’ sikwit. Tallinja spiss qed tkun (bħal ma’ kienet tkun ta’ sikwit is-sena l-oħra) mimlija aktar minn bajda, b’kulħadd imrassas ġo xulxin, bilkemm tista’ tieħu nifs. U mhux nesaġera. Tispiċċa toqod fin-nofs, taqla’ jdejk iżżomm mal-hangers waqt li Tallinja timxi pultzier pultzier fi traffiku eżagerat.
Apparti minn hekk, hemm nuqqas serju ta’ puntwalita’, hekk kif Tallinja sikwit ma żżomx mal-ħin, jew anka tinqabeż.
Is-sitwazzjoni hija tat-tielet dinja.
Il-pajjiż qiegħed jintela bin-nies għal flus, u aħna qed inbgħatu, iċ-ċittadini, minn aspetti differenti.
Però jidher li kollox xejn mhu xejn, għax dak li qed igergru fuqu n-nies, qed jaqa’ fuq widnejn torox.
Il-prijoritajiet tal-pajjiż qiegħdin ta’ taħt fuq.
Leave a Reply